Kumpanija lokali offriet b’xejn scooter ġdid lil Damian Ebejer wara li fl-aħħar jiem insteraqlu. Damian ma jistax imur minn post għal ieħor mingħajr dan it-tip ta’ scooter hekk kif għandu diżabbiltà fiżika.
Il-kumpanija, ‘OK Medical’ qalet li ma setgħetx tara dan il-każ u ma tagħmel xejn għal Damian biex ikun jista’ jibqa’ għaddej b’ħajtu bl-iktar mod indipendenti possibli.
L-iscooter ta’ Damian kien insteraq il-Ġimgħa fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara, bil-ħalliel għadu ma ġiex iddentifikat. Il-pulizija qed tagħmel l-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.
Damian kien għamel appell fuq Facebook biex min għandu xi informazzjoni jikkuntatja lil Pulizija.
Il-kumpanija appellat biex affarijiet simili ma jerġawx jiġru, iżda wieħed għandu juri qalb tajba u ġenerużi lejn il-poplu kollu.



