01:35am – il-proċess magħluq; konfermat li Robert Abela ġab aktar minn 57% tal-voti – folla żgħira tiċċelebra quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista
01:28am – il-konsulent tal-Gvern Neville Gafa’ jikteb fuq Facebook li b’Robert Abela se jkun hemm kontinwita’
01:26am – fadal il-voti ta’ 10 kaxxi
01:22am – bħalissa, is-sample ta’ Net News qed juri li l-avukat Abela rebaħ 56.1% tal-voti mitfugħa
01:14am – Robert Abela se jindirizza lill-media dalwaqt
01:06am – il-proċess fis-sala tal-għadd tal-voti għadu għaddej
12:44am – mis-samples ta’ Net News kollox jindika li hemm distakk ta’ 10 punti preċentwali bejn Robert Abela u Chris Fearne
12:32am – hemm anke ċelebrazzjonijiet fuq barra tal-Kwartieri tal-Lejber
12:26am – ċelebrazzjoni fis-sala tal-Lejber; l-amministrazzjoni titlob biex tinżamm il-kalma – tidwi l-għajta “Robert, Robert”

12:25am – sa issa infetħu biss l-ewwel sett ta’ 13-il kaxxi minn 44 kaxxa
12:06pm – l-ewwel sample ta’ Net News jindika rebħa ta’ 56% għal Abela
12:03am – intant, ħafna qed jgħidu li jekk hu veru li Robert Abela rebaħ, din hija tpattija storika wara dak li kien ġralu missieru
12:01am – donnu hemm ftit ta’ arja tqila fis-sala taċ-ĊNL fil-Ħamrun, wara li ħarġu l-videos biċ-ċelebrazzjonijiet tan-nies ta’ Robert Abela

11:59pm – jibda l-proċess tas-sorting skont il-preferenzi
11:49pm – in-nies tal-Kummissjoni Elettorali ma jaqblux waqt il-proċess tar-rikonċiljazzjoni tal-voti
11:48pm – it-tim ta’ Robert Abela jiċċelebra rebħa għall-kandidat tagħhom; jasal audio file għand Net News
11:45pm – numru ta’ uffiċjali miġbura madwar il-mejda tal-Kummissjoni Elettorali tal-PL; tlesta l-proċess li bih il-voti tpoġġew kollha wiċċhom ‘l isfel

11:36pm – ħafna qed jgħidu li hija stramba ħafna kif il-proċess għadu ma bediex, meta l-PL ftaħar ħafna kemm għandu sistema fast
11:33pm – sadatant, fuq is-Super One għaddejja diskussjoni dwar l-għaqda
11:32pm – jasal file audio minn sorsi interni tal-Partit Laburista li jindikaw ċelebrazzjonijiet minn wieħed mit-timijiet tal-kandidati

11:31pm – is-sorting tal-voti skont il-prefernzi għadu ma bediex
11:23pm – il-proċess ħa ftit aktar fit-tul minn dak mistenni
11:21pm – kważi lest il-proċess li permezz tiegħu l-voti qed jitpoġġew f’pakketti ta’ ħamsin ħamsin
11:17pm – preżenza kbira ta’ media fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista; jibdew ħerġin indikazzjonijiet inizjali
11:14pm – stennija biex jibda s-sorting tal-voti