Waqt ix-xandira speċjali ta’ NETLIVE il-Partit Nazzjonalista ġabar €54,966 bil-għan li tkompli tissaħħaħ il-media u l-messaġġ tal-Oppożizzjoni. Dan tħabbar fi tmiem il-programm maratona li beda għall-ħabta tal-4pm. F’dan il-programm, li ra s-sehem ta’ nies ġejjin minn kull sfera tas-soċjeta’, kien diskuss it-tmiem ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru u l-fatt li Robert Abela u Chris Feanre mhuma joffru xejn differenti mill-predeċessur tagħhom.
Ix-xandira fuq Net TV ingħalqet mill-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo, u fiha ħadu sehem diversi preżentaturi u ġurnalisti ta’ Net News.
//= $special ?>