Lokali

Muscat jinsa jsemmi ħafna affarijiet

Aktar minn xahar wara li qal li se jirriżenja għax hekk hemm bżonn, Joseph Muscat f’Kordin għamel l-aħħar diskor tiegħu fejn ħabbar ukoll li se jkompli jifforma parti mill-Parlament għaż-żmien li ġej.

Dan kollu fost ħafna ftaħir u dikjarazzjonijiet li refa’ r-responsabiltà li kellu jerfa’. Pero fuq kollox, Joseph Muscat, fl-aħħar diskor tiegħu, nesa jsemmi ħafna affarijiet.