Joseph Muscat … mit-trionf u l-glorja … għall-waqa’ fl-umiljazzjoni.
Minn eroj tal-poplu … għal persuna mwarrba minn sħabu fil-Parlament Ewropew … għal darba darbtejn.
Ta’ 18-il sena Joseph Muscat ingħaqad mal-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista … is-Super One biex fl-2001 ħa f’idejh is-sit elettroniku Maltastar.
U minn hemm tela’ jiġri l-iskaluni tal-Partit, fejn fost l-ohrajn kien wiehed mill-imhuh wara l-kampanja kontra s-shubija fl-UE. Biex ironikament spicca hu stess jokkupa siggu fil-Parlament Ewropew.
Meta imbagħad xamm opportunità akbar minn dik tal-Ewropa, ġie Malta biex jikkontesta it-tmexxija tal-Partit.
Maħtur mexxej, hu beda minnufih jaħdem fuq dik li sejjah roadmap.
Muscat lagħab logħba impekkabbli. Kellu kampanja elettorali favoluza, u ntefqu l-miljuni.
Muscat rawwem ħbiberiji mal-aktar pajjiżi suspettużi, fosthom l-Ażerbajġan.
U rawwem ukoll ħbiberiji oħrajn … fir-raba’ sular taċ-ċentru nazzjonali Laburista.
Rebaħ l-elezzjoni tal-2013. Muscat kien invinċibbli. Sakemm, fl-2016 faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers li fih kien hemm involuti Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Muscat baqa’ jsodd widnejh u ftit tax-xhur wara, faqqa’ l-allegazzjoni dwar Egrant.
Hawn, jeskalaw l-attakki fuq Daphne Caruana Galizia. Meta fl-istess gimghat bdew jikbru s-suspetti dwar 17Black.U
Imbagħad, iseħħ dak li ħadd ma basar li se jiġri. L-aħbar ġriet bħal leħħa ta’ berqa. Fil-Bidnija … splużjoni ta’ karozza. Il-pajjiż ixxukkjat. Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata. Minn dakinhar, pajjiżna inbidel darba għal dejjem. Iżda għal darboħra għal Muscat bħal donnu ma ġara xejn.
Kellhom jgħaddu sentejn, biex fl-2019 rajna l-kollass ta’ dak kollu li kien bena, kollass ta’ imperu mibni fuq il-korruzzjoni, il-gideb, u t-tnawwir tal-awtoritajiet.
Fil-Qrati bdew ħerġin allegazzjonijiet li jorbtu mill-qrib li dawk f’Kastilja…mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Kien il-bidu tat-tmiem meta Muscat sar biss dell tar-raġel li kien.
Il-pajjiż kollu waqaf. U ftit wara, Muscat ħabbar li kien se jirreżenja.
Mhux għax tilef elezzjoni, imma ghax minn hero … spiċċa zero.
//= $special ?>