Nies li mhumiex u li qatt ma kienu membri tal-Partit Laburista qed jirċievu telefonati sabiex illum imorru jivvutaw lil Chris Fearne fl-elezzjoni għal Mexxej Laburista.
Persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li sal-bieraħ stess, kienu qed iċemplu minn numru telefoniku ta’ uffiċċju biex jistaqsu jekk nies għandhomx bżonn assistenza ħalli jmorru jivvutaw.
F’każ minnhom, raġel li huwa membru tal-PN irċieva telefonata tistaqsih jekk hux sejjer jivvota, u hu kien pront wieġeb “jien minix tesserat tal-Lejber, u xorta ċempluli biex illum immur nivvota”.
Mara oħra qaltilna li hi ukoll irċiviet telefonata ilbieraħ għall-ħabta tat-3pm mingħand in-nies ta’ Chris Fearne. Hi tinsab urtata ferm għaliex ma tafx kif id-data tagħha spiċċat għand il-Partit Laburista.
Sa issa għadu mhux ċar minn liema uffiċċju kienu qed isiru dawn it-telefonati.
