Sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar ivvotaw 58.3% ta’ dawk eleġibbli għall-vot fl-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista.
Il-votazzjoni, li qed issir fi 13-il post madwar Malta u Għawdex, fetħet fit-8am u se tibqa’ miftuħa sat-8pm.
Il-Partit Laburista qal illi f’din l-elezzjoni hemm 17, 531 persuna eleġibbli li jivvotaw.

