Lokali

NETLIVE SPEĊJALI: “Gvern li se jibqa’ mfakkar bħala falliment”

Programm li se jibqa' għaddej sal-11pm

Fl-4pm beda l-programm NETLIVE illi llum qed iwassal xandira speċjali li permezz tagħha qed issir analiżi tal-10 snin ta’ Joseph Muscat bħala Mexxej Laburista, kif ukoll il-kontinwita’ li qed joffru Chris Fearne u Robert Abela – fejn huma stess qed iwiegħdu li se jibnu fuq dak li għamel Muscat.

Ix-xandira speċjali ta’ NETLIVE bdiet b’intervent mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli, fil-preżenza taż-żewġ viċi kapijiet Robert Arrigo u David Agius.

Matul ix-xandira speċjali se jipparteċipaw ukoll numru ta’ imsieħba soċjali u nies li jirrapreżentaw is-Soċjeta’ Ċivili.

Ħa sehem ukoll il-Kap tal-PN Adrian Delia li tkellem dwar il-kriżi politika li ninsabu fiha, u l-kontinwazzjoni li se joffri min se jieħu post Muscat fit-tmexxija tal-Lejber.

Il-pubbliku hu mħeġġeġ jagħti sostenn lill-media tal-PN tul din ix-xandira, sabiex Net TV ikompli jissaħħaħ.