Il-logħba bejn Oratory Youths F.C. u Sannat Lions FC ġiet abbandunata wara li wieħed mill-uffiċjali tal-logħba spiċċa aggredit minn plejer ta’ Sannat Lions FC.
Il-logħba kienet abbandunata meta wieħed mill-plejers xeħet lill-uffiċjal fl-art u qabad itih bil-ponn u bis-sieq. Dan bil-konsegwenza li l-uffiċjal ġie rikoverat permezz ta’ ambulanza.
Sa dak il-ħin, il-logħba kienet 1-0 favur Oratory Youths F.C. u kien għad fadal biss ftit sekondi qabel tmiem il-logħba. Fis-87 minuta l-plejer ta’ Sannat Lions FC Daniel Borg intwera’ karta ħamra u, żewġ minuti wara tkeċċa wkoll Antoine Camilleri li jidher li kien il-plejer li rritalja.
Il-plejer ta’ Sannat Lions FC akkużat li aggredixxa lill-uffiċjal ġie arrestat mill-Pulizija u qed jinżamm għal iktar investigazzjonijiet.
Sadanittant, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Ryan Callus ikkundanna kull tip ta’ vjolenza fl-isport, li qal m’għandux ikollu fih spazju għall-vjolenza.
L-attakk ġab ukoll kundanna bla riservi mill-awtoritajiet tal-futbol.
//= $special ?>