Hekk kif illum waranofsinhar Robert Abela ġie ppreżentat bħala s-suċċessur ta’ Joseph Muscat fit-tmexxija tal-Partit Laburista ġewwa l-Padiljun ta’ Kordin – qalb it-tgħanniq u t-tiċrit tal-fomm spikka nuqqas.
Id-Deputat Prim Ministru ta’ Joseph Muscat u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne falla milli jattendi għal dan l-avveniment. Wara li tul il-ġurnata tal-lum ma awgurax lir-Robert Abela tal-kisba li kiseb, kif titlob is-sempliċi diċenza u etika – Chris Fearne ma attendix sabiex jilqa’ lill-mexxej tiegħu wara kampanja missielta bejnu u bejn Abela.
Dan filwaqt li permezz ta’ messaġġ fuq Twitter, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li f’inqas minn 24 siegħa Robert Abela kiser l-ewwel wegħda tiegħu. Minflok li keċċa lil Konrad Mizzi, Abela fittex għannqu fl-ewwel okkażżjoni pubblika li kellu.
Xejn ma nbidel.