Lokali Qorti

Akkużat li qal kliem ta’ theddid u ħebb għal persuna fi grawnd f’Għawdex

Raġel ta’ 26 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, dalgħodu tressaq taħt arrest l-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech.

Hu kien akkużat li lbieraħ għall-ħabta ta’ tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar ġewwa Kerċem Ground, Kerċem, Għawdex qal kliem ta’ theddid u kkawża ġrieħi ħfief fuq persuna.

Hu ġie akkużat ukoll li qal kliem ta’ theddid u ħebb għal persuna oħra, li kiser il-bon ordni u li qal kliem offensiv.

L-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Huwa ġie liberat bil-kundizzjonijiet fosthom li ma jersaqx lejn il-ground għal sena u ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena, filwaqt li ġie mmultat mitt ewro u nħarget protection order favur il-vittmi.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.