Lokali

Chris Fearne għadu ma awgurax pubblikament lil Robert Abela

Minkejja l-ħafna kliem sabiħ dwar l-għaqda fil-Partit Laburista, sa issa d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne baqa’ ma feraħx lil Robert Abela għar-rebħa straordinarja li kellu. Dan meta bil-voti litteralment kaxkar l-isfida ta’ Chris Fearne li kellu l-appoġġ assolut tal-Kabinett tal-Ministri.

Fearne kulma kiteb kien dan il-messaġġ qasir: “Grazzi li kontu miegħi f’dan il-vjaġġ”.

In-nies barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista
Evidenti s-sodisfazzjon fuq wiċċ Lydia Abela
Ritratti: Joseph Galea
Uħud mill-ġurnalisti tas-Super One jiċċelebraw ir-rebħa ta’ Robert Abela