Lokali

Fearne leali lejn il-partit; lanqas biss feraħlu!

L-ewwel kliem ta’ Chris Fearne fuq Facebook malli dalgħodu qam mit-tkaxkira li ġarrab kienu dawn: “Nirringrazzja lill-eluf ta’ Laburisti li wrew fiduċja fija. Inwiegħdkom il-lealta’ tieghi lejn il-partit u l-valuri tagħna.”

Ħafna laburisti li pparteċipaw f’din l-elezzjoni huma urtati ferm għall-fatt li d-Deputat Prim Ministru għadu sa issa ma awgurax lil Robert Abela għar-rebħa li kiseb. Abela ġab kważi 58% tal-voti mitfugħa.