Lokali

“Għandhom ikunu protetti d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf” – l-Isqof Charles J Scicluna

F’post fuq Twitter, l-Isqof Charles J Scicluna sostna li kull min għandu l-aħjar interess għall-ġenerazzjonijiet futuri u għal-liberatjiet ċivili, ghandu jippromwovi kultura ta’ ħajja u imħabba responsabbli fejn ikunu promossi u  protetti d-drittjiet tat-tarbija fil-ġuf.

Dan intqal f’reazzjoni għal dak li qal il-Prim Ministru uxxenti Joseph Muscat fejn saħaq li jrid jibda dibattitu fuq aktar libertajiet civili.

Waqt li f’Kordin kien qed jagħmel l-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru, Muscat sostna li qed jippjana li jibda jimbotta liberatijiet ċivili ġodda li sa isssa kienu meqjusa bħala taboo, fejn iżda naqas milli jgħid x’se jkunu eżatt. Bis-Sunday Times tindika b’mod car li kien qed jirreferi ghall-abort.

Mistoqsi mill-istess gazzetta biex jikkummenta dwar dan, Muscat naqas milli jwieġeb.

Malta huwa l-uniku stat membru tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxi totalment l-abort.

Fl-imgħoddi l-istess Joseph Muscat kien qal li huwa kontra l-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna. F’Jannar tal-2018 Muscat kien qal li Malta ma kellha l-ebda mandat li tibda dibattitu dwar l-abort.

Iżda minn dakinhar ‘il quddiem, Muscat għażel li jżomm pass lura fuq din id-dikjarazzjoni tant li f’Mejju li għadda beda jbiddel fehemtu meta kien qal li Malta għandu jkollha dibattitu matur fuq din il-kwistjoni tant sensittiva.

Waqt it-tellieqa tiegħu għal-leadership, il-Mexxej elett Robert Abela saħaq kemm il-darba li hu ma kienx se jdaħħal l-abort f’pajjiżna. Għalhekk, ġaladarba issa se jkun Robert Abela fi tmun ta’ pajjiżna, irridu naraw jekk dak li għandu f’moħħu Joseph Muscat hux se jkun attwat jew le.