“Jum ta’ dieqa… kellna opportunità tad-deheb biex verament il-Partit Laburista jiġġedded iżda spiċċajna ħarbatna kollox”.

Partitarja Laburista nfexxet f’attakk indirett lejn Robert Abela fejn qalet li l-Partit Laburista tilef opportunita li fit-tmexxija tiegħu jkollu raġel kbir bi track rekord mill-aqwa li seta’ joħroġhom minn dal-perjodu ikrah li jinsab fih pajjiżna.
Kompliet tikteb hekk: “Dan kollu biex ikollna kontinwità… kontinwità ta’ xiex? Kontinwità ta’ dak kollu li ġab lill-Partit Laburista fuq irkopptejh u li waslu għall-agħar kriżi politika f’pajjiżna”. Hi temmet tgħid li “ż-żmien jagħtina parir”.
Min-naħa l-oħra delegata vetarana Laburista kitbet li hi mhux se tkun manipulata bl-ebda mod, filwaqt li saħqet li se tirriżenja mill-Partit Laburista.

Dan flimkien ma’ ħafna kumment oħra huma sentiment komuni fost diversi partitarji Laburisti li jinsabu diżappuntati bil-qasma li hemm fil-partit tagħhom.
//= $special ?>

