Futbol Sport

Inter miżmuma f’darhom minn Atalanta

Inter tilfu żewġ punti mportanti fil-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat meta ġew miżmuma draw ta’ 1-1 f’darhom minn Atalanta. Bidu tajjeb għal Inter hekk kif prattikament iddominaw il-fażi inizzjali tal-partita.

Kien Lautaro Martinez li poġġa lil Inter fil-vantaġġ wara biss erba’ minuti wara xogħol tajjeb ma’ Romelu Lukaku – bl-eks attakkant ta’ Manchester United ikun ta’ wġiegħ ta’ ras kontinwa għad-difiża Atalantina.

Aktar ma beda jgħaddi l-ħin Atalanta bdew jidħlu fil-partita u joħolqu wkoll xi okkażjonijiet ta’ skor anke jekk Martinez laqat il-lasta għat-tim ta’ Conte. l-away team kellu jistenna sa kwarta mit-tmiem biex jikseb punt permezz ta’ Robin Gosens.

Lazio komplew jikkonfermaw li huma kontentendi serji għal Juventus u Inter meta kisbu l-għaxar rebħa konsekuttiva tagħhom meta għelbu lil Lazio 1-0. Mixja li daħħlet fir-records tal-club.

Kien gowl tmien minuti mit-tmiem ta’ Ciro Immobile, li ironikament huwa minn Napoli li poġġa lit-tim minn Ruma tliet punti taħt Juventus – li l-Ħadd iridu jilgħabu kontra r-rivali Roma. Issa Lazio jinsabu erba’ punti taħt Inter u tlieta taħt Juventus.

Immobile faħħar il-prestazzjoni tat-tim tal-Belt tiegħu iżda qal li huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalih li t-tim tiegħu qed jikseb il-punti anke fl-aħħar ħinijiet tal-partiti.

Fil-partita li saret kmieni s-Sibt – gowl ta’ Zlatan Ibrahimovic issiġġilla r-rebħa għal Milan barra minn darhom kontra Cagliari meta rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Din kienet l-ewwel dehera mill-bidu tal-partita għal ‘Zlatan’ kemm ilu li ngħaqad ma’ Milan ftit tal-ġimgħat ilu.

Kien Rafael Leao fl-46 minuta filwaqt li Ibrahimovic għamilhom 2-0 fl-64 minuta, li ta’ 38 sena wera li għadu ferm utli fejn fl-ewwel taqsima kellu wkoll ballun miżmum mal-lasta.