Lokali

Isofri ġrieħi serji wara li kien aggredit f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ nazzjonalita’ Bulgara ta’ 45 sena residenti f’San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi serji wara li kien aggredit matul dan il-lejl.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-Pulizija irċeviet informazzjoni għall-ħabta tan-12.30a.m. li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Toni Bajada. Meta l-pulizija marru fuq il-post huma sabu l-vittma mixħut mal-art fir-residenza tiegħu.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-Bulgaru kien attakkat minn żewġt irġiel, li l-identita’ tagħhom għad mhux magħrufa, fi Triq l-Erba’ Mwieżeb. Il-vittma qala’ daqqiet ta’ oġġett bil-ponta u l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Iktar tard, ir-raġel ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija qed tkompli tinvestiga l-każ hekk kif it-tfittxija għall-aggressuri għadha għaddejja.