Fil-21 ta’ Dicembru, ftit jiem biss qabel il-Milied, Robert Abela kien qal illi mhux se jaghmel re-shuffle b’mod immedjat. Il-verita’ hi, illi diga’ bdew il-kuntatti u l-manuvri biex numru ta’ backbenchers jiddahhlu fil-Kabinett il-gdid – ghalkemm huwa vera, li dan it-tibdil fadal ftit biex isir.
Net News hu infurmat li matul il-gurnata tal-Hadd nies fdati, u mic-cirku ristrett ta’ Robert Abela, diga’ bdew bit-telefonati u jaghmlu l-kuntatti necessarji …specjalment mal-ftit deputati li appogjawh pubblikament. Dan meta kellek xenarju fejn kwazi l-Ministru u s-Segretarji Parlamentari kollha kienu qed jappogjaw lil Chris Fearne.
Interessanti fejn se jispiccaw nies bhal Manwel Mallia u Silvio Schembri li diga’ kellhom pozizzjoni imwieghda minn Chris Fearne, u issa baqghu b’xiber imnieher.
Sorsi mic-Centru Nazzjonali Laburista – li huma l-istess sorsi li tawna ic-chat sigrieta ta’ WhatsApp – qalulna li hemm diversi Ministri li f’daqqa wahda issa biddlu d-diska u qed jipprovaw jindihesu ma’ Robert Abela biex izommu posthom.
Ta’ interess ukoll x’se jkunu l-ewwel decizjonijiet ta’ Robert Abela Prim Ministru, partikolarment f’dak li ghandu x’jaqsam mat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija u mal-Public Broadcasting Services.
Li hu zgur li internament din l-elezzjoni halliet ferita kbira fil-Lejber….u fil-fatt, diga’ rajna l-ewwel rizenji.
Dan hekk kif id-delegat Laburista Mark Camilleri, Segretarju tal-Kazin Laburista tal-Isla, irriżenja b’mod immedjat mill-Partit Laburista wara li Robert Abela ġie elett mexxej. Din ir-riżenja ħabbarha Camilleri stess fuq Facebook.
Skont hu, in-nies ta’ Fearne “ġew mgħafġa” bir-rebħa tal-avukat Abela.
Fl-istess sigħat komplew jisħnu l-battibekki bejn membri veterani tal-Partit Laburista, inkluż l-eks Sindku ta’ Bormla Joe Scerri u l-eks uffiċjal tal-GWU Gejtu Mercieca. B’dan tal-aħħar joħroġ jattakka lil Chris Fearne.
//= $special ?>
