Minkejja l-ħafna paroli – il-folja ma nqalbitx, u għadna fl-istess punt ta’ fejn tlaqna erbgħin jum ilu meta fuq ix-xandir nazzjonali Joseph Muscat ħabbar li kien ser jirreżenja.
Dan johrog car mill-intervista li ta Joseph Muscat il-Hadd filghodu lir-radju Laburista, fejn għamilha ċara li s-suċċessur tiegħu, Robert Abela, għandu l-karatteristiċi perfetti għal kontinwità.
Vot li suppost ġab bidla, minflok huwa vot biex il-Gvern Laburista ikompli fejn ħalla Joseph Muscat – bl-id il-leminija ta’ Keith Schembri, Neville Gafà, anke hu jifraħ bl-hekk msejħa kontinwità.
Ghalkemm lanqas lahqu ghaddew 12-il siegha, li Gafa’ ma bediex jitfa il-botti (Min jitkabbar jiccekken) biex ikompli jitfa’ l-melh fuq il-ferita.
Intant …filwaqt li Malta għandha persuna li minn backbencher spiċċa Prim Ministru – issa l-pajjiż ser ikollu Prim Ministru li jrid idarri lilu nnifsu jaġixxi ta’ backbencher. Iżda din tidher li ser tkun għadma iebsa meta f’inqas minn 24 siegħa mill-ħatra ta’ mexxej Laburista, Muscat diġà qed jindahal fuq il-pozizzjoni ta’ Chris Fearne.
Minkejja li l-poplu Malti kien qed jittama f’bidla li l-pajjiż tant kellu bżonn – wara l-eżitu tal-elezzjoni tas-Sibt, kollox jindika li ma nbidel assolutament xejn.
//= $special ?>