F’messaġġ qasir, il-kandidat li rebaħ l-elezzjoni għal-leadership, Robert Abela, saħaq li qed jilqa’ dan ir-riżultat b’umilta’.
Fl-istess waqt li tkellem dwar l-għaqda, mal-ewwel spikkat il-qasma kbira li ġabet din l-elezzjoni, bin-nies ta’ Abela jieħdu f’idejhom il-kontroll tal-attivita’ li kienet qed issir fuq barra taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Il-firda fil-Lejber spikkat ukoll fin-nies illi tkellmu wara r-riżultat fuq is-Super One. Fil-fatt, tkellmu biss deputati bħal Rosianne Cutajar, Clayton Bartolo, Silvio Parnis u Clint Camilleri. Il-bqija tal-Grupp Parlamentari ma tfaċċaw imkien.

In-nies ta’ Fearne, għal kuntrarju, mal-ewwel dabbru rashom minn ħdejn il-Kwartieri tal-Lejber. U fuq barra kien fadal biss folla żgħira tilqa’ l-ħruġ ta’ Robert Abela.
Robert Abela…li l-Ħadd se jindirizza l-Kungress tal-Lejber f’Kordin…se jkun id-9 Mexxej tal-Partit Laburista.
//= $special ?>