Internazzjonali

8 snin mit-traġedja tal-Costa Concordia

Illum f'nofsinhar se ssir ċerimonja fil-port tal-gżira ta' Giglio

Kien eżatt bħallum fl-2012 meta qomna maħsudin bit-traġedja tal-vapur tal-passiġġieri Costa Concordia li kien inkalja ftit ‘il barra mill-gżira Taljana ta’ Giglio. It-traġedja kienet ħalliet 32 vittma.

F’nofsinhar se ssir quddiesa għall-memorji tal-vittmi ta’ dan in-nawfraġju, filwaqt li aktar tard illejla fid-9:45pm se ssir ċerimonja fil-port fejn hemm il-mafkar.

Il-kaptan ta’ dan il-cruiseliner Francesco Schettino qed jiskonta sentenza ta’ ħabs wara li instab ħati ta’ negliġenza u qtil involontarju.