Lokali

Abela baqa’ jitkellem fuq il-kontinwità

F’diskors qasir ħafna, fl-ewwel indirizz tiegħu lin-nazzjon, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li jrid l-istabbiltà u l-kontinwità. 

Waqt li tenna għal bosta drabi r-rettorika kontinwa ta’ Gvern Laburista…huwa naqas milli jgħid x’se jagħmel biex isolvi il-kriżi istituzzjonali li ħakmet lil pajjiżna fl-aħħar xhur.

Tkellem dwar dik li sejjah il-viżjoni tiegħu, iżda ma daħal fl-ebda dettall ta’ x’se jimplenta jew se jbiddel f’dan il-Gvern.

Wiegħed ukoll serħan il-moħħ, iżda ma qalx kif se jasal għal dan is-serħan tal-moħħ li l-poplu Malti tant jixtieq.

Robert Abela ħa l-ġurament tiegħu bħala s-suċċessur ta’ Joseph Muscat fit-tmexxija tal-pajjiż it-Tnejn wara nofsinhar. Dan wara li Joseph Muscat kien kostrett jirriżenja u l-avukat Abela għeleb lil Chris Fearne u rebaħ l-elezzjoni għal-leadership Laburista.Xi ħaġa li spikkat f’din ic-cerimonja kienet in-nuqqas tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Tant illi wara, Fearne gie imgieghel jiehu ritratt mal-Grupp Parlamentari kollu – wiccu, jikxef ir-realta’ ta’ kif graw l-affarijiet.