Lokali

Chris Fearne jibgħat lix-xufier tiegħu biex jiġborlu ħwejġu mill-Ministeru – rapporti

Il-Ministru tas-Saħħa u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne talab lix-xufier tiegħu biex jiġborlu ħwejġu mill-Ministru fil-Belt Valletta.

Iddikjara dan is-sit tal-aħbarijiet tal-MaltaToday li żvela li Chris Fearne dalgħodu baqa’ f’daru u ma marx il-Ministeru.

Din il-mossa jidher li hi sinjal ieħor tal-qasma interna fi ħdan il-Partit Laburista, li kompliet tikber wara li l-votanti Laburisti taw vot ta’ sfiduċja lill-Kabinett, li kien qed jappoġġja lil Chris Fearne.

Uħud mill-impjegati u x-xufier tas-Segretarju Permanenti hekk kif aktar kmieni dehru deħlin fil-binja tal-Ministeru fi Triq il-Merkanti

Din l-aħbar tkompli torbot fuq is-sinjali evidenti ta’ din il-qasma, fosthom wara li Chris Fearne lanqas biss attenda għall-ewwel diskors ta’ Robert Abela bħala mexxej tal-Partit Laburista.

Anke fl-ewwel messaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali, sigħat wara t-telfa umiljanti tiegħu, Chris Fearne ddikjara appoġġ lill-Partit Laburista imma lanqas biss feraħ lill-avversarju tiegħu Robert Abela.