Sport Sport Ieħor

Id-dilettant Serradori jegħleb l-isfida ta’ Alonso fit-tmien stadju

(Ritratt: EPA)

Id-darbtejn rebbieħ tal-Formula 1 Fernando Alonso kien qrib li jirbaħ l-ewwel stadju tiegħu fir-Rally ta’ Dakar. Iżda hu spiċċa fit-tieni post wara l-Franċiż Mathieu Serradori, fi stadju ta’ 477 kilometru f’Wadi al-Dawasir.

Serradori ddedika r-rebħa tal-istaġun għal Paulo Goncalves, is-sewwieq Portugiż li tilef ħajtu l-Ħadd li għadda f’inċident waqt is-seba’ stadju. B’deċiżjoni maqbula mal-parteċipanti, l-istadju tal-bieraħ tal-muturi ma sarx.

Serradori hu sewwieq dilettanti u sar l-ewwel sewwieq dilettant fi 32 sena li għeleb lis-sewwieqa u timijiet professjonali. L-Ispanjol Carlos Sainz fuq Mini buggy, ra d-distakk tiegħu minn maċ-champion renjanti Nasser Al-Attiyah jinżel għal sitt minuti u 40 sekonda.

Alonso fl-ewwel dehra tiegħu fir-Rally ta’ Dakar, telfa fit-13-il post fil-klassifika ġenerali. Hu spiċċa madwar erba’ minuti wara Serradori biex tejjeb l-aħjar riżultat personali wara li kien spiċċa stadju fir-raba’ post. L-edizzjoni ta’ din is-sena jintemm fis-17 ta’ Jannar.

Kif spiċċaw it-tmien stadju: 1. Mathieu Serradori (3:48.23), 2. Fernando Alonso (+4.04), 3. Orlando Terranova (+6.19), 4. Giniel de Villiers (+6.29), 5. Yazeed Al Rajhi (+7.16), 6. Jakub Przygonski (+9.29), 7. Bernhard ten Brinke (+10.19), 8. Erik van Loon (+12.41), 9. Stèphane Peterhansel (+13.11), 10. Nani Roma (+14.33)

Klassifika Ġenerali: 1. Carlos Sainz (31:56.52), 2. Nasser Al-Attiyah (+6.40), 3. Stèphane Peterhansel (+13.09), 4. Yazeed Al Rajhi (+32.25), 5. Orlando Terranova (+43.02), 6. Giniel de Villiers (+53.12), 7. Mathieu Serradori (+1:02.42), 8. Bernhard ten Brinke (+1:07.00), 9. Yasir Seaidan (+2:37.18), 10. Wei Han (+3:06.20)