Lokali

Imsejħa laqgħa għall-Ispetturi

Għada suppost kellhom jilħqu żewġ Assistenti Kummissarji oħra

L-Assistent Kummissarju Ian Abdilla sejjaħ lill-Ispetturi kollha għal laqgħa li qed issir dalgħodu.

Mhux magħruf eżatt in-natura ta’ din il-laqgħa, għalkemm din il-mossa wasslet biex tħarbat ħafna xogħol tal-Qorti.

Jirriżulta wkoll li għada suppost kellhom jilħqu żewġ Assistenti Kummissarji oħra fil-Korp tal-Pulizija. Dan se jwassal biex ikun hemm numru ta’ ċaqlieq fit-tmexxija tad-Depot.

Intant, sorsi qed jgħidu li fid-Depot qed tissemma’ l-possibilta’ li l-Ministru tal-Pulizija – Michael Farrugia – jkun l-ewwel wieħed li jaqlaha bir-re-shuffle ta’ Robert Abela.