It-tim nazzjonali tan-nisa se jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Iżvizzera u t-Turkija fil-jiem li ġejjin. Illum Malta tilgħab kontra l-Iżvizzera fis-Centenary Stadium fis-6.30pm filwaqt li l-konfront kontra t-Turkija jintlagħab il-Ġimgħa fit-3.00pm. Iż-żewġ nazzjonijiet jinsabu f’pajjiżna għal kamp ta’ taħriġ.
Dawn il-logħbiet se jservu ta’ preparazzjoni għall-impenji ta’ Malta fi Grupp B mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2021. Malta tilgħab l-ewwel żewġ logħbiet kontra Georgia u l-Bożnija.
Mark Gatt se jkollu fl-iskwadra lil Nicole Sciberras, Shona Zammit, Martina Borg u Ylenia Carabott li bħalissa jilagħbu fl-Italja. Birkirkara hu l-aktar tim li għandu plejers fl-iskwadra b’total ta’ sitt plejers.
Fl-iskwadra, Mark Gatt inkluda plejers ġodda fosthom il-gowlkipers Jodie Attard u Patricia Ebejer kif ukoll l-attakkant żagħżugħa Haley Bugeja. Plejer oħra li tinsab fl-iskwadra hi l-midfielder Sydney Schembri li tilgħab mat-tim Xavier Women’s Soccer, tim li jilgħab fil-kampjonat ewlieni tal-kulleġġi fl-Amerika ta’ Fuq.
L-iskwadra kollha
Gowlkipers: Janice Xuereb (Birkirkara), Jodie Attard (Raiders Għargħur), Patricia Ebejer (Mġarr United
Difensuri: Stephania Farrugia (Birkirkara), Ann-Marie Said (Birkirkara), Alishia Sultana (Birkirkara), Nicole Sciberras (Juventus), Rebecca Bajada (Mġarr United), Charlene Zammit (Swieqi United)
Midfielders: Brenda Borg (Mġarr United), Claudette Xuereb (Mġarr United), Gabriella Zahra (Birkirkara), Veronique Mifsud (Birkirkara), Jade Flask (Swieqi United), Dorianne Theuma (Swieqi United), Simone Buttigieg (Swieqi United, Sydney Schembri (Xavier Women’s Soccer), Shona Zammit (Pink Bari)
Attakkanti: Martina Borg (Sassari Torres), Haley Bugeja (Mġarr United), Ylenia Carabott (Chievo Fortitudo)
//= $special ?>