Robert Abela t-Tnejn ħa l-ġurament tiegħu bħala s-suċċessur ta’ Joseph Muscat fit-tmexxija tal-pajjiż. Dan wara li Joseph Muscat kien kostrett jirriżenja u l-avukat Abela għeleb lil Chris Fearne u rebaħ l-elezzjoni għal-leadership Laburista.
Għall-ġurament, Robert Abela kien akkumpanjat mill-familja tiegħu. Preżenti kien hemm ukoll l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle.

Robert Abela intlaqa’ fi Pjazza San Ġorġ bl-għajta ta’ “Viva l-Lejber”, filwaqt li ġera għal fuq in-nies li nġabru fuq barra tal-Palazz Presidenzjali.

waqt li kienu preżenti d-Deputati Laburisti, spikka n-nuqqas tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Minn naha l-ohra, preżenti kien hemm persuni bħall-konsulent tal-Gvern Neville Gafa li ripetutament kien involut f’diversi skandli taħt it-tmexxija ta’ Muscat.
Saqsejna ‘l Prim Ministru ġdid jekk kellimx lil Fearne u għaliex ma kienx preżenti għall-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru. C
Bħala Net News pruvajna nibqgħu nistaqsu lil Robert Abela madankollu għal bosta drabi ġejna mwaqfa, imbutati u mgħajra. Mistoqsi dwar il-Kabinett il-gdid tieghu, Robert Abela evita kull domanda.
Saqsejnih ukoll jekk hux se jieħu azzjoni fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija, Robert Abela baqa’ ma weġibx.
Intant, fl-aħħar sigħat sar magħruf illi Clyde Caruana, eks Kap Eżekuttiv ta’ JobsPlus, se jkun iċ-Chief of Staff il-ġdid f’Kastilja. B’hekk, se jkun hu li jieħu f’idejh dak li kien l-uffiċċju ta’ Keith Schembri.
Robert Abela sellem lin-nies li nġabru fi Pjazza San Ġorġ meta ħareġ mal-President fil-gallarija tal-Palazz. Wara, hu mexa lejn Kastilja fejn daħal għall-ewwel darba fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ritratt ta’ Matthew Tabone
//= $special ?>