Lokali

José Herrera jibda jipprepara lin-nies tiegħu għall-“Ministeru l-ġdid”

Canvasers tal-Ministru José Herrera bdew jagħmlu l-preparamenti tagħhom għall-bidla li mistennija issir fil-Ministeru, hekk kif Robert Abela mistenni jagħti “responsabbiltajiet ġodda u importanti” lil Herrera.

In-nies ta’ Herrera qed jgħidu li l-Ministru tagħhom se jingħata l-Ġustizzja f’idejh. Illi jkun ifisser id-daqqa – kważi mistennija – għall-Ministru Owen Bonnici.

Rapporti fil-jiem li għaddew diġa’ indikaw li Owen Bonnici se jinżamm iffukat fuq il-Kunsilli Lokali u l-Kultura.

Minn naħa l-oħra, iċ-ċaqlieqa ta’ Herrera tikkonferma t-taqliba li se jkun hemm fil-Kabinett – għalkemm din fadal ftit jiem oħra biex issir.

Owen Bonnici – possibbilment wieħed mill-ewwel vittmi