Lokali

Karl Stagno Navarra ssommat dwar is-sitwazzjoni ta’ Chris Fearne

L-esponenti Laburisti lanqas jafu kif se jippruvaw jgħattu il-qasma evidenti li ħalliet warajha l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Laburista.

Dan ħareġ biċ-ċar waqt il-programm Insights, fejn il-prezentatur Karl Stagno Navarra sa mill-ewwel mistoqsija tal-programm ipprova jevita milli jitkellem dwar il-firda interna fil-Partit Laburista.

Mistoqsi fuq il-fatt li Chris Fearne lanqas biss attenda għall-ewwel diskors ta’ Robert Abela bħala mexxej tal-Partit Laburista, Stagno Navarra dawwar id-diskors.

Karl Stagno Navarra, preżentatur fuq is-Super One li ghandu wkoll xogħol b’paga ta’ eluf mal-Air Malta, ikkonferma li bit-tmexxija ta’ Abela…fil-Partit Laburista mhu se jinbidel xejn.

Fid-dawl ta’ dan, il-ġurnalist Dione Borg fakkar kif il-Partit Laburista suppost kellu jfittex bidla wara l-agħar kriżi politika fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna. U huwa propju għalhekk li l-kontinwità mhux dak li kellu bżonn pajjiżna.

U minkejja li hu wkoll kien wieħed mill-punti ta’ ħtija għal dak li seħħ f’pajjiżna, waħda mill-ewwel azzjonijiet li għamel Robert Abela kienet li jitgħannaq ma’ Konrad Mizzi.

Dione Borg qal li dan hu wkoll ħtija tal-fatt li l-klikka ta’ Joseph Muscat ħatfet lill-Partit Laburista – punt li dwaru Stagno Navarra…li illum huwa deskritt mill-media indipendenti bhala l-Maskot tal-Lejber….lanqas biss kien kapaci jirribattih!