Futbol Sport

Parma jitilgħu fis-seba’ post b’rebħa fuq Lecce

(Ritratt: EPA)

Parma kisbu rebħa importanti fi Stadio Ennio Tardini b’rebħa ta’ 2-0 kontra Lecce. Din ir-rebħa tiswa ħafna għalihom minħabba li kienu ġejjin minn telfa kbira ta’ 5-0 kontra Atalanta fl-aħħar logħba, bl-għan prinċipali tagħhom jibqa’ li jsalvaw posthom fis-Serie A kemm jista’ jkun malajr. Din it-telfa kienet ir-raba’ waħda konsekuttiva għal Lecce li b’hekk qed ikomplu jaraw il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika tikkomplika ftit.

SIMONE IACOPONI fetaħ l-iskor fis-57 minuta b’daqqa ta’ ras għar-rokna wara korner mil-lemin ta’ Hernani. Parma rduppjaw fit-72 minuta meta daqqa ta’ ras ta’ Juraj Kucka ħabtet mal-mimduda minn kross mix-xellug, bil-ballun jispiċċa fid-direzzjoni ta’ ANDREAS CORNELIUS li skorja mir-rebound b’konklużjoni mill-viċin.