Kollox jindika li reġa’ ġie attivat in-numru ċellulari tal-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri. Dan hekk kif illum fis-6:44pm, Schembri kien ‘live’ fuq l-app sigrieta ‘Signal’.

Keith Schembri reġa’ kien ‘live’ fuq il-linja ċellulari tiegħu ftit tal-ħin biss wara l-ġurament tal-Prim Ministru Robert Abela.
Net News hu infurmat li fl-istess mumenti fuq ‘Signal’ kien hemm ukoll numru ta’ deputati oħrajn, fosthom Clayton Bartolo – wiehed mill-ftit deputati tal-Lejber li imbuttaw lil Robert Abela ghat-tmexxija.
L-ewwel laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista, immexxija minn Robert Abela, bdiet ftit wara l-5:20pm. Dan ifisser li Schembri illejla kien attiv fuq ‘Signal’ waqt il-ħin li kienet qed tispiċċa din il-laqgħa.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia kiteb fuq Twitter dwar dawn il-provi li zvelajna, u qal li l-poplu jehtieg ikollu risposti cari. U staqsa jekk hix din il-kontinwita’ li kien qed jirreferi ghaliha l-Prim Ministru Robert Abela.

Skont dak li qalu il-Pulizija ftit tal-jiem ilu, Keith Schembri bhalissa jinsab taht investigazzjoni dwar l-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia. Fi zmien il-festi hu kien halla l-pajjiz ghal btala, b’dubji serji dwar il-mod kif qed timxi l-Pulzija f’dan il-kaz sensittiv.
Meta gie arrestat, Schembri kien qal lill-Pulizija li tilef il-mobile tieghu. Id-data tat-telefown cellulari tieghu qatt ma giet investigata.
