Lokali

Raġel ipprova jweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien miżmum fid-Depot

Tuneżin prova jweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien qed jinżamm taħt arrest fil-lock up tal-Pulizija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn nieqes għoxrin, fejn raġel ta’ 18-il sena mit-Tuneżija, prova jweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella tiegħu. Huwa kien qed jinżamm taħt arrest ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija,

Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-Pulizija, ir-raġel ma ġarrab l-ebda ġrieħi. Minkejja dan, huwa xorta waħda ttieħed l-isptar Mater Dei għal iktar osservazzjoni.

Tags