Lokali

Tissokta kontinwament ir-rettorika Laburista

F’diskors qasir ħafna, fl-ewwel indirizz tiegħu il-Prim Ministru Robert Abela tenna li jrid l-istabbiltà u l-kontinwità tal-Gvern Labursta. 

Waqt li tenna għal bosta drabi r-rettorika kontinwa ta’ Gvern Laburista huwa naqas milli jgħid x’se jagħmel biex isolvi l-kriżi istituzzjonali li ħakmet lil pajjiżna fl-aħħar xhur.

Tkellem dwar il-viżjoni tiegħu, iżda ma daħal fl-ebda dettall ta’ x’se jimplementa jew se jbiddel f’dan il-Gvern.

Wiegħed ukoll serħan il-moħħ, iżda ma qalx kif se jasal għal dan is-serħan tal-moħħ li l-poplu Malti tant jixtieq.  

Robert Abela ħa l-ġurament tiegħu bħala s-suċċessur ta’ Joseph Muscat fit-tmexxija tal-pajjiż. Dan wara li Joseph Muscat kien kostrett jirriżenja u l-avukat Abela għeleb lil Chris Fearne u rebaħ l-elezzjoni għal-leadership Laburista.

Xi ħaġa li spikkat f’dan l-avveniment huwa n-nuqqas tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Akkost dan kollu, il-mistoqsija li tibqa’ tidwi huwa meta Robert Abela se jibda jimplimenta t-tibdil meħtieġ u mitlub għal pajjiżna?