Lokali

Appell għad-donazzjonijiet fl-immedjat

Iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għal donazzjonijiet hekk kif hemm bżonn urġenti u immedjat ta’ demm tat-tip O positive, O Negative u A Negative.

Fi stqarrija, is-Servizz Nazzjonali qal li jekk ma jsirux dawn id-donazzjonijiet, hemm riskju kbir li operazzjonijiet li hemm skedati ikollhom jiġu kanċellati.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia jibqa’ miftuħ sas-6p.m. filwaqt li f’Għawdex, jistgħu isiru donazzjonijiet fil-Berġa tax-Xewkija bejn is-1p.m. u l-5p.m.

F’kull każ, il-Karta tal-Identita’ hi meħtieġa.