Numru ta’ karozzi ħadu n-nar f’dak li huwa maħsub li huwa att vandalu li seħħ tard ilbieraħ filgħaxija f’parkeġġ f’Bulebel.
Il-Pulizija kkonfermat li erba’ karozzi – Renault, Citroen u żewġ karozzi Ford inħarqu fl-attakk.
Huma qalu wkoll li qed ikiomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom u qed iqisu dan bħala attakk vandalu. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post fil-ħin tal-inċident biex jikkontrollaw in-nirien li żviluppaw u jaraw li ma kienx hemm persuni maqbuda.
//= $special ?>