Lokali

Jattakka lill-Kumitat għax mal-Każin poġġew banner favur Robert Abela

Net News ikompli jiżvela l-ġlied intern bejn il-klikek ta’ Robert Abela u ta’ Chris Fearne.

Kien Stefan Zahra, li jaħdem fil-Ministeru ta’ Chris Fearne, li pubblikament fl-aħħar sigħat ħareġ jattaka lill-Kumitat Laburista ta’ Raħal Ġdid. Dan jista’ jiġi konfermat minn screenshots illi waslulna minn grupp sigriet fuq Facebook.

L-impjegat u canvasser ta’ Fearne spiċċa attakka lill-Kumitat lokali għaliex mal-każin twaħħal banner jilqa’ l-Prim Ministru l-ġdid. Zahra fil-kumment sarkastiku tiegħu irringrazzja lill-Kumitat tal-Partit Laburista ta’ Ħal Tarxien talli ħalla l-banner imrembel… xi ħaġa li l-Kumitat ma għamilx, imma għall-kuntrarju waħħlu mal-faċċat tal-Każin.

Sorsi qalu li Zahra qed jagħmel dan kollu bħala tpattija għax il-Ministru tiegħu ħa tkaxkira fl-elezzjoni tal-Mexxej nhar is-Sibt li għadda.