Lokali

Laqgha qasira f’Kastilja; Fearne ma jikkummentax dwar il-futur politiku tiegħu

Hu u ħiereġ minn Kastilja deher evidenti fuq wiċċu d-diżappunt qawwi

Il-Ministru Chris Fearne qed jgħid biss li huwa se jibqa’ leali lejn il-Partit Laburista; l-ebda kummenti dwar il-possibilta’ li jkun wieħed mill-ewwel vittmi tar-reshuffle u l-ebda kummenti lanqas dwar il-futur politiku tiegħu.

Chris Fearne kien qed iwieġeb domandi ta’ Net News meta stqasejnih jekk hux se jżomm il-Ministeru tas-Saħħa. Viżibbilment skomdu, hu wieġeb biss li se jibqa’ leali lejn il-Partit Laburista.

Fearne kien preżenti f’Kastilja għal laqgħa pjuttost qasira, bħala wieħed mill-persuni li sejjaħ Robert Abela qabel iħabbar il-lista ġdida ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari. Meta ħareġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, deher evidenti fuq wiċċu d-diżappunt qawwi.

Kif ħabbar esklussivament Net News matul tmiem il-ġimgħa, il-manuvri biex in-nies ta’ Robert Abela jibdew isibu posthom bdew mis-Sibt stess – ftit tas-sigħat biss wara r-rebħa tal-avukat Abela fuq Chris Fearne.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Kastilja – il-bejta ta’ akkużi serji li qed isiru b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia