Il-Kumpanija Omnitude li taħdem fis-settur tal-Blockchain stqarret li ppruvaw ifittxu modi differenti ta’ kif jistgħu jibqgħu jaħdmu hawn Malta…. iżda ma sabux opportunitajiet ta’ investiment fil-qasam tal-Blockchain f’pajjiżna. U insistew li bħal donnu m’hawnx aptit ta’ investiment fil-pajjiż.
Sostna dan il-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija, Chris Painter permezz ta’ stqarrija li ġiet rappurtata wkoll fuq is-sit TheShift News.
F’Mejju tal-2018 il-Kumpanija Omnitude ssieħbet mal-gvern sabiex isaħħaħ is-servizzi tat-trasport pubbliku f’pajjiżna. Kien il-Ministru Ian Borg responsabbli mit-Trasport li ħabbar dan.
Iżda skont il-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija huma ngħataw informazzjoni ħażina mill-awtoritajiet Maltin dwar fondi allokati għas-settur tal-Blockchain.
Dak iż-żmien il-Ministru Ian Borg wiegħed li s-settur tal-Blockchain f’pajjiżna se jbiddel wiċċ diversi setturi ekonomiċi f’pajjiżna. Minkejja din il-wegħda, qed naraw kumpanija oħra li nfetħet f’pajjiżna fil-qasam tal-blockchain li spiċċat kellha tagħlaq.
Dan hu settur li minn naħa tagħha l-Unjoni Ewropea talbet lil-pajjiżi membri sabiex jimplimentaw regoli u liġijiet komuni fil-qasam tal-blockchain sabiex dejjem ikun evitat ir-riskju ta’ frodi u ħasil ta’ flus.
//= $special ?>
