Lokali

Neville Gafà jirriżenja

Fl-aħħar ħin, il-Prim Ministru Robert Abela aċċetta r-riżenja ta’ Neville Gafà.

Din l-aħbar ġiet ikkonfermata lil Net News miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Clyde Caruaua.

Mistoqsi x’raġuni ta għar-riżenja tiegħu, Caruana qal li ma kienx hemm raġuni speċifika izda li Gafà kien ippreżenta r-riżenja tiegħu u li Robert Abela kien aċċettaha.

Neville Gafà kien konsulent f’Kastilja tul l-amministrazzjoni mmexxija minn Joseph Muscat u jinsab għaddej minn investigazzjoni dwar l-iskandli tal-Visas Libjani.

Skont xhieda li ingħatat fil-Qorti, Gafà kien allegatament irċieva flejjes kbar mingħand pazjenti Libjani bl-iskuża li ried jiffaċilità u jiġbor il-proċeduri kollha meħtieġa għat-trasferiment tal-pazjenti Libjani lejn Malta u l-kura tagħhom. Hu dejjem baqa’ jiċħad dawn l-akkużi u żamm postu f’Kastilja.