Lokali

Raġel jaqa’ bil-mutur: isofri ġrieħi gravi

Raġel ta’ 45 sena residenti Pembroke sofra ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ fi Triq Sir Adrian Dingli f’Pembroke stess għall-ħabta tan-12.30p.m. meta għal xi raġuni, ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kymco li kien qed isuq u waqa’.

Is-sewwieq ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.