Lokali

Farrugia jitneħħa mir-responsabbilta’ tal-Pulizija u jingħata l-Ministeru tal-Enerġija

Taħt Michael Farrugia, il-Korp kien kontinwament kritikat għan-nuqqasijiet enormi fit-tmexxija

Leaks dwar informazzjoni interna tal-Pulizija, spetturi jinvestigaw lilhom infushom, Kummissarju li ma jafx b’ittri tal-FBI – dan huwa l-legat li se jħalli warajh il-Ministru Michael Farrugia li fl-aħħar xhur kien kritikat bl-aħrax għall-mod kif iġġestixxa l-Intern. Fil-fatt, hu se jispiċċa minn dan il-Ministeru u se jingħata r-responsabbilta’ tal-Enerġija u l-Ilma.

Din il-mossa tal-Prim Ministru Abela tfisser li Joe Mizzi se jibqa’ bla Ministeru.