Fiorentina, Milan u Juventus għaddew għall-kwartinali tal-Coppa Italia meta rebħu l-konfronti tagħhom ilbieraħ.
Filwaqt li Juventus u Milan kellhom kwalifikazzjoni mill-iktar faċli, l-logħba bejn Fiorentina u Atalanta kient l-iktar waħda.
Il-Vjola minkejja li lagħbu l-aħħar 20 minuta bi plejer inqas irnexxielhom jiksbu l-kwalifikazzjoni.
Kien l-akkwist il-ġdid Cutrone li fetaħ l-iskor għal Fiorentina u Ilicic kiseb id-draw. Fl-aħħar minuti kien Lirola li skorja l-gowl rebbieħ
Intant Juventus u Milan kisbu rebħiet faċli fuq Udinese u Spal.
Għal Juvenbtus doppjetta ta’ Dybala, wiħed minn penalty, gowl ta’ Higuain u u penalty ieħor ta’ Douglas Costa.
Milan rebħu kontra Spal 3-0 b’gowls ta’ Piatek, Castillejo u Hernandez
Riżultati
Fiorentina v Atalanta 2-1
Milan v SPAL 3-0
Juventus v Udinese 4-0
Illum
Parma v Roma
//= $special ?>