Futbol Sport

Fiorentina jirbħu b’għaxar plejers

Fiorentina, Milan u Juventus għaddew għall-kwartinali tal-Coppa Italia meta rebħu l-konfronti tagħhom ilbieraħ.

Filwaqt li Juventus u Milan kellhom kwalifikazzjoni mill-iktar faċli, l-logħba bejn Fiorentina u Atalanta kient l-iktar waħda.

Il-Vjola  minkejja li lagħbu l-aħħar 20 minuta bi plejer inqas irnexxielhom jiksbu l-kwalifikazzjoni.

Kien l-akkwist il-ġdid Cutrone li fetaħ l-iskor għal Fiorentina u Ilicic kiseb id-draw. Fl-aħħar minuti kien Lirola li skorja l-gowl rebbieħ

Intant Juventus u Milan kisbu rebħiet faċli fuq Udinese u Spal.

Għal Juvenbtus doppjetta ta’ Dybala, wiħed minn penalty, gowl ta’ Higuain u u penalty ieħor ta’ Douglas Costa.

Milan rebħu kontra Spal 3-0 b’gowls ta’ Piatek, Castillejo u Hernandez

Riżultati

Fiorentina v Atalanta      2-1

Milan v SPAL                      3-0

Juventus v Udinese         4-0

Illum

Parma v Roma