Futbol Sport

Gowl ta’ Mata jpoġġi lil Man Utd fir-raba’ rawnd

Gowl ta’ Juan Mata f’azzjoni ta’ kontrattakk f’nofs it-tieni taqsima kien biżżejjed għal manchester United biex jegħlbu lil Wolves 1-0 u b’hekk jgħaddu għar-arab’ rawnd tal-FA Cup.

Wara d-draw tal-ewwel logħba kien jinħtieġ dan ir-replay li kien mill-iktar interessanti bit-im ta’ Wolves jagħti sfida mill-aqwa lir-Red Devils. Wolves kellhom anki gowl imħassar fl-ewwel taqsima wara deċiżjoni tal-VAR fejn kien stabbilit li Raul mess il-ballun b’idu f’din lazzjoni.

Għal Manchester United aħbarijiet ħżiena rigward Marcus Rashford li weġġa’ u jinsab dubjuż għall-konfront mistenni tal-Ħadd li ġej kontra l-lijders Liverpool.

Riżultati

Carlisle v Cardiff                3-4

Man Utd v Wolves           1-0