Lokali

Jibqa’ jaħrab id-domandi ta’ Net News

Clayton Bartolo jgħid li m’għandu l-ebda problema jurina r-records tal-mobile – iżda meta pressat biex jaghmel dan, ħarabna…u baqa’ sejjer għall-karozza tiegħu.

Dan kollu seħħ it-Tlieta filgħaxija meta Net News kien qed jistaqsi dwar l-istorja esklussiva li żvela dan l-istazzjoni u li qatt ma ġiet miċħuda – il-fatt li Keith Schembri reġa’ qiegħed attiv bil-mobile tiegħu, u deher ‘live’ fuq application li tibat il-messaġġi b’mod sigriet…magħrufa bħala Signal.

F’din l-aħbar li ħarġet jumejn ilu, Net News kien ippubblika wkoll provi li juru kif Schembri reġa’ qiegħed attiv fuq Signal. U fl-istess ħin dehru attivi anke numru ta’ Deputati oħrajn, eżatt kif spiċċat l-ewwel laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista immexxija minn Robert Abela. Fuq Signal, deher attiv fost l-oħra anke d-deputat laburista Clayton Bartolo…li issa gie promoss mill-Prim Ministru.

Issa li ghaddew jumejn minn mindu zvelajna din l-istorja, anke l-Pulizija baqghu fi skiet totali.

Kien dan l-istazzjon illi t-Tnejn bil-lejl irrapporta kif reġa’ ġie attivat in-numru ċellulari tal-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri – linja tal-mobile li tinsab f’nofs kontroversja sħiħa minħabba li l-Pulizija (wara dawn il-ġimgħat kollha) għadhom ma nvestigawx il-kontenut tal-messaġġi u t-telefonati li saru bejnu u bejn dawk li huma kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.