Lokali

Joseph Muscat ser jiġi investigat

Issa konfermat. Il-vjaġġ li Joseph Muscat għamel lejn Dubai f’Diċembru tas-sena l-oħra, qiegħed taħt investigazzjoni mill-Kummissarju għall-istandards George Hyzler – vjagg li kien gie zvelat minn Net News b’ritratti esklussivi li ppubblikajan fuq il-protal taghna.

L-ahbar li bdiet din l-investigazzjoni kienet kkonfermata minn kelliem għall-uffiċċju tal-Kummissarju għall-istandards lill-gazzetta Times of Malta.

Il-Kummissarju għal-istandards George Hyzler se jkun qed jinvestiga jekk Joseph Muscat kisirx il-kodiċi ta’ etika meta ma qalx min ħallas għall-vjaġġ f’Dubai li hu flimkien ma’ martu Michelle u uliedu għamlu ftit tal-ġimgħat ilu.

Dan l-ahhar kien ġie żvelat mill-media lokali li l-biljetti tal-vjaġġ ta’ Joseph Muscat u familtu lejn Dubaj f’Diċembru inxtraw mill-Ġordan…. għal valur ta’ madwar €20,000.

Dubai kienet fiċ-ċentru tal-investigazzjonijiet li kienet għamlet il-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia b’rabta mal-kumpanija sigrieta 17 Black u l-kontijiet bankarji marbuta ma’ Yorgen Fenech, li jinsab akkużat b’kompliċita’ fl-assassinju tal-ġurnalista.

Meta Joseph Muscat kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-vjaġġ li għamel lejn Dubai, hu kien wieġeb ‘It s none of your business’. U qal li ħallas minn butu.

Dan l-aħħar Joseph Muscat mhux biss kien fl-attenzjoni tal-midja għal mod kif daħħal il-pajjiż fi kriżi iżda anke minhabba r-rigali ta’ eluf ta’ Ewro li irċieva mingħand Yorgen Fenech li kien wieħed mill-mistednin distinti għall-festin f’għeluq snin Joseph Muscat fi Frar li għadda fil-Palazz tal-Girgenti.