Lokali

L-MUT titlob laqgħa urġenti mal-Ministru l-ġdid

L-MUT fi stqarrija ferħet lill-Ministru Owen Bonnici li għadu kif inħatar bħala Ministru tal-Edukazzjoni.

L-MUT appellat biex issa d-diskussjoni dwar dan is-settur tant vitali tissokta minnufih. Il-union tal-għalliema qalet li l-isfidi tas-settur huma ħafna u allura hemm bżonn li nxammru l-kmiem immedjatament għall-ġid tal-edukaturi, l-istudenti u s-soċjetà kollha.

Għaldaqstant il-Union ser tkun qed titlob laqgħa sabiex fiha jiġu elenkati l-issues u t-tħassib eżistenti.

L-MUT sellmet ukoll lill-Ministru Evarist Bartolo.