Internazzjonali

Pete Buttigieg b’analiżi pożittiva mis-CNN wara d-dibattitu tat-Tlieta

Minkejja li xorta għadu mhux favorit li jagħmilha sal-aħħar, ilbieraħ Pete Buttigieg ħareġ bl-unuri waqt l-aħħar dibattitu tad-Demokratiċi.

Il-website tas-CNN fil-fatt qed tpoġġi lil Buttiġieġ mal-lista tar-rebbieħa f’dan id-dibattitu li sar f’Iowa. L-istazzjon awtorevoli Amerikan jgħid li Pete Buttigieg “huwa l-aktar persuna li jaf jiddibatti”. Jiddeskrivih ukoll bħala politiku mimli għerf, u kompetenti.

Pete Buttigieg qed jidher bħala kandidat popolari ferm, bis-CNN jgħid illi rari jkunu attakkat mill-kandidati l-oħra.

Il-ġirja għan-nomina tad-Demokratiċi tibda 20 ġurnata oħra b’dawk li jissejħu Caucuses – votazzjonijiet waqt il-laqgħat li jsiru f’diversi bliet għall-membri tal-Partit Demokratiku.

L-ewwel vot se jittieħed fl-Istat ta’ Iowa.