Internazzjonali

Stati Uniti: Investigat ir-rimi ta’ fuel minn ajruplan għal fuq l-iskejjel

L-awtoritajiet mal-Amministrazzjoni tal-Avvjazzjoni Federali qed jinvestigaw bis-sħiħ inċident li fih ajruplan tal-passiġġieri ‘rema’ il-fuel għal fuq diversi skejjel waqt inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Los Angeles. L-inċident wassal biex għexieren ta’ tfal ikunu trattati għal irritazzjoni tal-ġilda u problemi tan-nifs.

Filwaqt li ajruplan jista’ jeħles mill-fuel waqt inżul ta’ emerġenza, ir-regoli tal-avvjazzjoni jistipulaw li hu irid jagħmel dan biss fuq iz-zoni speċifikati u waqt li jkun qed itir fil-għoli. F’dan il-każ, l-ajruplan tad-Delta Airlines kien qed jirritorna fl-ajruport wara li żviluppa l-problemi fil-magni.

Kelliema għal-linja Delta qalu li l-ajruplan iddispona mill-fuel biex inaqqas mill-piż waqt l-inżul. It-tfal u l-adulti li kellhom ikunu trattati wara l-inċident huma konnessi ma talanqas sitt skejjel. Ir-rapporti qalu li t-tfal ta’ żewġ klassijiet ta’ skola elementarja f’Cudahy kienu barra fil-ħin tal-inċident iżda b’xorti tajba huma ġarrbu biss ġrieħi minuri.