Il-Prim Ministru Robert Abela għażel il-Kabinett tiegħu u fil-ħin li ġej se jkunu qed jieħdu l-ġurament tal-ħatra l-Ministri u s-Segretarju Parlamentari.
Il-Kabinett se jkun magħmul minn 25 deputat, li 17 minnhom se jkunu Ministri.
Fil-bidu tal-leġislatura, il-Kabinett kien magħmul minn 24 deputat, li minnhom 14 kienu Ministri. Dan ifisser li l-ispiża pubblika kompliet tisplodi ‘l fuq.
L-aħħar Gvern Nazzjonalista tal-2008, immexxi mill-Prim Ministru Gonzi, kien magħmul minn 8 Ministri u 4 Segretarji Parlamentari.
Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett tal-Prim Ministru Abela:
Chris Fearne
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
Evarist Bartolo
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Edward Scicluna
Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji
Michael Farrugia
Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma
Owen Bonnici
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
José Herrera
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Carmelo Abela
Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mill-iżvilupp sostenibbli, djalogu soċjali u implimentazzjoni tal-manifest elettorali
Ian Borg
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Justyne Caruana
Ministru għal Għawdex
Michael Falzon
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali
Edward Zammit Lewis
Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
Roderick Galdes
Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali
Silvio Schembri
Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar
Julia Farrugia Portelli
Ministru għat-Turiżmu
Aaron Farrugia
Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
Clint Camilleri
Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur
Byron Camilleri
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Dawn huma s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett:
Stefan Zrinzo Azzopardi
Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Clayton Bartolo
Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji
Clifton Grima
Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Chris Agius
Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġett Kapitali
Silvio Parnis
Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali
Rosianne Cutajar
Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
Deo Debattista
Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur
Alex Muscat
Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi